Lesson 12
- 2. Kemm nie ħdu pjaċir meta fil-familja naħsbu f’xulxin u naħdmu għal xulxin .
- 3. Il-pap à jmur għal-xogħol u jaqla’ l-flus biex bihom ngħixu lkoll flimkien.
- 4. Il-mam à ssajjar, taħsel u tagħmel ix-xogħol tad-dar għaliha, għall-pap à u għalina.
- 5. Aħna nġibu ruħna tajjeb , ngħinu lill-mam à u naqdu lill-pap à f’dak li jkollu bżonn.
- 7. Meta Alla bagħat lil Ġes ù fid-dinja riedu jitwieled u jikber ġo familja bħal tagħna.
- 8. San Ġużepp kien jagħmel ix-xogħol ta’ mastrudaxxa u kien jaqla’ l-flus biex jiekol hu, Ġes ù u Marija.
- 10. Ġes ù trabba u kiber mal-ġenituri tiegħu, u mingħandhom tgħallem ħafna affarijiet sbieħ.
- 12. Meta kiber Ġes ù dejjem fittex li jġib il- ferħ lil xi familji li kien ikollhom xi dwejjaq.
- 14. Fil-familja ta’ Ġajru , Ġes ù ġab ferħ kbir meta qajjem mill-mewt lit-tifla tagħhom.
- 16. Ġes ù jrid li fil-familja tagħna, aħna nħobbu ħafna lil xulxin.
- 17. Ma jridniex nissuppervjaw , nirrispondu u ninkwetaw lill-ġenituri tagħna.
- 19. Ma’ ħutna Ġes ù ma jridniex nippikaw u niġġieldu, iridna nilagħbu, ngħinu u nifirħu b’xulxin.
- 21. Meta nġibu ruħna tajjeb fil-familja tagħna nkunu qegħdin nobdu r-raba’ kmandament li jgħidilna: “Agħti ġieh lil missierek u ommok.” 4