SlideShare une entreprise Scribd logo
1  sur  4
Télécharger pour lire hors ligne
Ħsieb tat-TIENI JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
Illum għandna magħna nies li ġejjin mill-periferija tal-parroċċa tan-Naxxar. Ħafna minnkom
li lqajtu l-istedina tal-Arċipriet toqgħodu f’żoni li, f’termini Maltin, huma ‘l bogħod miċ-
ċentru tal-Parroċċa. Illum ġejtu fiċ-ċentru biex imbagħad terġgħu lura lejn djarkom u lejn iż-
żona tagħkom biex twasslu l-Kelma li rċivejtu. X’messaġġ twasslilna Marija f’sitwazzjoni
bħal din?
Fl-Evanġelju tal-lum naraw lil Marija titlaq
il-kumdita’ tad-dar tagħha – hi li issa kellha
bżonn ukoll min jieħu ħsiebha għaliex kienet
tqila – u marret “tħaffef” lejn id-dar tal-
qaribha tagħha Eliżabetta. Marret tgħinha
fil-ħtiġijiet tagħha. Mhix l-unika darba li
naraw lil Marija fi vjaġġ: nerġgħu narawha
sejra lejn Betlemm, fejn hemm twelled lil
Ġesu’. Narawha titlaq minn pajjiżha u tmur
tfittex, flimkien ma’ Ġesu’ u Ġużeppi, kenn
politiku fl-Eġittu. Narawha wkoll tirritorna lejn pajjiżha biex tistabilixxi d-dar tagħha
f’Nazaret. Narawha wkoll tmur lejn Ġerusalemm meta Ġesu’ kellu tnax-il sena u fi żmien il-
jiem tal-passjoni ta’ Ġesu’.
Il-ħajja ta’ Marija kienet immarkata b’mixja, mixja li kontinwament kienet teħodha miċ-
ċentru għall-periferija, xi kultant lil hinn mill-konfini tal-kultura u tal-pajjiż tagħha. Nistgħu
nifmhu din il-mixja mhux biss fuq livell ġejografiku u fiżiku, imma fuq kollox fuq livell
spiritwali. Fuq kollox, Marija ngħatat lilna minn Ġesu’ fuq is-Salib bħala Omma il-bnedmin
kollha. Xi tfisser?
X’kien iċ-ċentru għal Marija? Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija ma kienx post, dar. Ma kinitx il-
kumdita’ tad-dar tagħha. L-anqas ma kienet ir-rabta tagħha mal-familja jew mal-pajjiż fejn hi
twieldet u kienet tgħix. Kienet tħobbhom u tirrispettahom. Kienet tħobb id-dar u tieħu
ħsiebha. Imma l-qalb tagħha ma kienx hawn. Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija – iċ-ċentru ta’
ħajjitha – kien jinsab f’relazzjoni. Anke hawnhekk: ma kinitx ir-relazzjoni ma’ Ġużeppi,
għalkemm kienet tħobbu tassew. Ir-relazzjoni li kienet tagħtiha l-ħajja, il-qawwa, kienet dik
ma’ Alla. Mas-Salmista, Marija setgħet dejjem tgħid: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek.
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, inti żżomm f’idejk xortija” (Salm 16 : 2-5).
Irridu noqgħodu attenti li ma ngħidux: “imma dik kienet il-Madonna, għalhekk kienet faċli
għaliha li ma tkunx marbuta ma’ post, familja, u tkun miftuħa kompletament għal Alla.”
Marija kienet bniedma bħalna f’kollox. Id-differenza minna kienet li hi kienet meħlusa mid-
dnub tan-nisel u allura setgġet tagħżel b’liberta’ sħiħa dak li tassew jgħinha tikber u timxi ‘l
quddiem. B’hekk aħna nistgħu nħarsu lejha u nitgħallmu minnha kif għandna nagħżlu. Marija
għamlet għażla: li ħajjitha tfassalha fuq il-Kelma ta’ Alla, li tgħix kontinwament miftuħa
għall-Ispirtu ta’ Alla. Qalbha, moħħha kienu ntunati l-ħin kollu ma’ dak li Alla jrid minnha,
mal-mod kif Alla kien qiegħed imexxiha bl-Ispirtu tiegħu.
Dan kien iċ-ċentru fil-ħajja ta’ Marija: “Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, għax bih
f’leminti qatt ma nitħarrek ... int tgħallimni t-triq tal-ħajja” (Salm 16 : 8,11). Huwa mingħand
il-Mulej li Marija kienet iġġib l-orjentament ta’ ħajjitha: x’għandha tagħżel, x’għandha
tagħmel, x’għandha tgħid, x’għandha taħseb, fejn għandha tmur, ma’ min għandha tiltaqa’.
Kollox kien b’referenza għal Alla u l-Kelma tiegħu. Kollox riedet tgħix għall-glorja tiegħu. U
għaliex qalbha kienet mimlija b’Alla, allura kienet tħares ‘il barra. Ma kinitx tingħalaq fil-
bżonnijiet tagħha, imma qalbha kienet miftuħa beraħ għall-ieħor. Lesta li tmur tgħin. Lesta li
tingħata. Lesta dejjem li tħobb, mingħajr ma toqgħod tqis x’ikun ifisser għaliha, kemm se
jkollha tbati.
U nemmen li hawnhekk għandna messaġġ ieħor importanti ħafna li twasslilna Marija: qalb
miftuħa, ħerqa li tgħin, xewqa li nwassal il-ġid veru lill-oħrajn. Dan kollu ġej mill-imħabba li
Alla jsawwab fi qlubna. San Pawl jgħidilna fl-Ittra lir-Rumani: “L-imħabba ta’ Alla ssawbet
fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna” (5:5). Marija għalhekk, mimlija bl-
Ispirtu Qaddis, hija wkoll mimlija bl-imħabba ta’ Alla; tgħallmet tħobb kif iħobb Alla nnisfu.
L-istess jiġri lilna jekk aħna nkunu miftuħin għall-Ispirtu Qaddis fil-ħajja tagħna.
X’għamlet Marija? Marret tgħin ... kienet
sensittiva ... wasslet il-kelma lill-oħrajn.
X’għandna nagħmlu aħna? Bħalha rridu miċ-
ċentru nħossu l-ħtieġa li mmorru fil-periferiji tal-
ħajja tagħna biex hemmhekk inxandru l-
Evanġelju, ħafna drabi mhux tant bil-kliem –
għalkemm anke dawn huma meħtieġa – imma
żgur u dejjem permezz tax-xhieda ta’ ħajjitna.
Liema huma l-periferiji tal-ħajja tagħna? Iż-żoni
periferiċi tal-parroċċa tagħna. Ħafna drabi hawn insibu jgħixu nies li ġejjin minn inħawi oħra
ta’ Malta u għadhom ma integrawx mal-komunita’ tagħna. Għadhom iħossuhom imwarrbin,
esklużi. Xi drabi għax huma ma jagħmlux ħilithom. Drabi oħra għax aħna m’aħniex miftuħin
biżżejjed biex nilqgħu lil min “mhux tagħna”. Imma l-periferiji m’humhiex dawn biss. Hemm
periferiji oħra li rridu nagħtu kashom u għandna responsabbilta’ li nersqu lejhom u
nħobbuhom, kif tgħallimna Marija.
Ħa nuża l-kliem tal-Papa Franġisku meta kien qed jitkellem mal-Kattoliċi tal-Belt ta’ Ruma
fis-17 ta’ Ġunju li għadda. Qalilhom hekk: “It-tħabbira tal-Evanġelju trid tasal l-ewwel u
qabel kollox għand il-foqra, dawk li sikwit ikun jonqoshom dak li hu bżonnjuż biex ikunu
jistgħu jgħix ħajja b’dinjita’. Lilhom tasal l-ewwel il-bxara t-tajba li Alla jħobbhom bi
predilezzjoni u jiġi jżurhom permezz tal-ħidmiet tal-karita’ li d-dixxipli ta’ Kristu jwettqu
f’simu ... Fil-mument tal-Ġudizzju tal-Aħħar, kif naqraw fil-kapitlu 25 ta’ Mattew, ilkoll se
nkunu ġġudikati fuq dan”.
Il-periferiji tal-faqar materjali
Nirringrazjzjaw lill-Mulej li ħafna minna għandna dak li hu neċessarju għall-ħajja u forsi
ħafna iktar ukoll. Imma kemm hu possibbli li l-ġid jagħlaqna fina nfusna? Kemm hu
possibbli li iktar ma jkollok iktar tkun trid trekken għalik? Xi kultant ninsewha t-tbeżbiża ta’
Ġesu’: “Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min
ikunu?” (Lq 12 : 20). Kemm għandna għajnejna miftuħin għal min hu tassew fil-bżonn, fqir
anke fl-inħawi fejn ngħixu aħna? Kemm qed nersqu biex inwasslulhom l-Evanġelju tal-
imħabba, tal-għotja tagħna nfusna, tas-sensittivita’ tagħna?
Ma nistgħux nitkellmu biss minn faqar materjali. Jeżisti wkoll ħafna l-faqar tas-solitudni, ta’
nies li jħossuhom waħidhom, imwarrbin jew mhux apprezzati. Irridu nistaqsu lilna nfusna,
kemm bħala komunita’ parrokkjali u kemm bħala Nsara individwali u bħala familji Nsara,
x’qed nagħmlu biex inwasslu l-bxara t-tajba lil dawn il-persuni? Marija, meta marret għand
Eliżabetta, wasslitilha l-ferħ tal-preżenza ta’ Ġesu’. Huwa l-ferħ li jkun ġej mill-imħabba li
għandna ġewwa, mis-sensittivita’ tagħna, mill-istima tal-persuna li jkollna quddiemna.
Kemm ngħaddi ħin nisma’ lil xi ħadd? Kemm lest li nwassal tbissima jew nagħti għajnuna
fejn nara ħtieġa? Kemm lest li nitlef ħin minn tiegħi biex ningħata lill-oħrajn?
Il-periferiji tal-immigranti
Dan id-diskors irid iwassalna wkoll biex nitkellmu fuq periferiji oħrajn li huma skomdi għal
diversi: il-periferiji tal-immigranti – persuni li għandhom kulur u razza differenti minn
tagħna. Ejja ma nitkellmux b’mod ġenerali. Kulħadd irid jara kif ikun l-atteġġjament tiegħu
lejn dawn il-persuni. Ma rridx ninstema’ sempliċistiku. Il-problema għandha diversi aspetti li
żgur irridu nagħtu kashom. Imma hemm baħar jaqsam – skużawni l-pun – bejn dan u d-
diskors mill-iżjed razzist u dispreġattiv fuq dawn il-ħolqien ta’ Alla, li xi wħud minnhom
ikunu tassew qed ifittxu l-għajxien għalihom u għal familthom bi tbatija liema bħalha. Kemm
qed inkunu aħna l-Kattoliċi aħbar tajba għal dawn in-nies, għal ħutna fis-soċjeta’ Maltija?
Kemm qed inkunu ħmira ta’
mentalita’ ġdida? Kliem il-Papa
f’Lampedusa għadu jidwi f’widnejna:
“Nitolbu lill-Mulej jagħtina l-grazzja
li nibku fuq l-indifferenza tagħna, li
nibku fuq il-kefrija li hawn fid-dinja,
li hemm fina, u anke f’dawk li
mingħajr ma jissemmew jieħdu
deċiżjonijiet soċjo-ekonomiċi li jiftu
t-triq għal traġedji bħal dawn” (8 ta’
Lulju 2013).
Il-periferiji tal-ħsieb
Fl-aħħarnett hemm periferi oħra li rridu nżommu quddiem għajnejna: il-periferiji tal-ħsieb.
Mill-ġdid se nikkwota mid-diskors tal-Papa Franġisku f’Ġunju li għadda: “L-Appostlu [San
Pawl] jisħaq li l-Evanġelju huwa għal kulħadd, anke għall-għorrief. L-għerf li ġej mill-
qawmien ta’ Ġesu’, ma jeħodhiex kontra l-għerf uman imma, għall-kuntrarju, isaffih u
jelevah. Il-Knisja kienet dejjem preżenti fil-postijiet fejn tissawwar il-kultura. L-ewwel pass
huwa dejjem il-prijorita għall-foqra. Imma rridu wkoll immorru fil-fruntieri tal-intellett, tal-
kultura, tal-għoli tad-djalogu, id-djalogu li jġib il-paċi, id-djalogu intelletwali, id-djalogu
raġunat”. U b’mod tassew sabiħ ikompli jgħidilna l-Papa: “Irridu mmorru lejn il-ġisem ta’
Ġesu’ li qed ibati, imma l-ġisem ta’ Ġesu’ ibati wkoll f’dawk li ma jagħrfuhx bl-istudju
tagħhom, bl-intelliġenza tagħhom, bil-kultura tagħhom”.
Għeżież, Marija llum qegħdha tħeġġiġna biex bħalha, frott il-laqgħa tagħna ta’ imħabba ma
Alla li jrui lilu nnifsu f’Ġesu’ Kristu, inħossu dejjem iżjed il-ħtieġa li naslu f’dawn il-
periferiji tal-ħajja biex hemmhekk nixhdu għall-Bxara t-Tajba. Marija tagħmlilna kuraġġ.
Hija tgħallimna l-gratitudni u l-ġenerożita’. Ejjew ma nkunux xħaħ ma’ Alla, li huwa “għani
fil-ħniena”. Marija tkun magħna u takkumpanjana f’din il-mixja ‘l barra minna nfusna lejn l-
oħrajn.
Talba tal-Beata Eliżabetta tat-Trinita’
O Marija, inti tattira lejk is-sema u hekk hu li l-Missier jafdalek il-Kelma tiegħu biex inti ssir
Ommu, u l-Ispirtu tal-Imħabba jixħet id-dell tiegħu fuqek. Għandek jiġu t-Tliet Persuni, u s-
sema kollu jinfetaħ u jitbaxxa sa ħdejk. Naduraw il-misteru ta’ dan Alla li jsir bniedem fik,
Verġni Omm.
O Omm tal-Kelma, kellimni fuq il-
Misteru tiegħek: Wara l-
Inkarnazzjoni tal-Mulej, kif għixt
fuq l-art kollok mitlufa
f’Adorazzjoni? F’paċi li ma
nistgħux nesprimuha, f’silenzju
misterjuż, init ġarrejt id-don ta’ Alla
fik.
Ħarisni dejjem f’tgħanniqa divina.
Jalla jiena nġorr fija s-sinjal ta’ dan
Alla tal-imħabba. AMMEN

Contenu connexe

Similaire à Priedka 2 novena (6)

Img 0002
Img 0002Img 0002
Img 0002
 
Img 0003
Img 0003Img 0003
Img 0003
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014
 
L-Ekumenizmu
L-EkumenizmuL-Ekumenizmu
L-Ekumenizmu
 
Insara katt 7 sett
Insara katt 7 settInsara katt 7 sett
Insara katt 7 sett
 
Quiz - Religion - Revision
Quiz - Religion - RevisionQuiz - Religion - Revision
Quiz - Religion - Revision
 

Plus de zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
zamchar
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
zamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
zamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
zamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
zamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
zamchar
 

Plus de zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 

Priedka 2 novena

  • 1. Ħsieb tat-TIENI JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Illum għandna magħna nies li ġejjin mill-periferija tal-parroċċa tan-Naxxar. Ħafna minnkom li lqajtu l-istedina tal-Arċipriet toqgħodu f’żoni li, f’termini Maltin, huma ‘l bogħod miċ- ċentru tal-Parroċċa. Illum ġejtu fiċ-ċentru biex imbagħad terġgħu lura lejn djarkom u lejn iż- żona tagħkom biex twasslu l-Kelma li rċivejtu. X’messaġġ twasslilna Marija f’sitwazzjoni bħal din? Fl-Evanġelju tal-lum naraw lil Marija titlaq il-kumdita’ tad-dar tagħha – hi li issa kellha bżonn ukoll min jieħu ħsiebha għaliex kienet tqila – u marret “tħaffef” lejn id-dar tal- qaribha tagħha Eliżabetta. Marret tgħinha fil-ħtiġijiet tagħha. Mhix l-unika darba li naraw lil Marija fi vjaġġ: nerġgħu narawha sejra lejn Betlemm, fejn hemm twelled lil Ġesu’. Narawha titlaq minn pajjiżha u tmur tfittex, flimkien ma’ Ġesu’ u Ġużeppi, kenn politiku fl-Eġittu. Narawha wkoll tirritorna lejn pajjiżha biex tistabilixxi d-dar tagħha f’Nazaret. Narawha wkoll tmur lejn Ġerusalemm meta Ġesu’ kellu tnax-il sena u fi żmien il- jiem tal-passjoni ta’ Ġesu’. Il-ħajja ta’ Marija kienet immarkata b’mixja, mixja li kontinwament kienet teħodha miċ- ċentru għall-periferija, xi kultant lil hinn mill-konfini tal-kultura u tal-pajjiż tagħha. Nistgħu nifmhu din il-mixja mhux biss fuq livell ġejografiku u fiżiku, imma fuq kollox fuq livell spiritwali. Fuq kollox, Marija ngħatat lilna minn Ġesu’ fuq is-Salib bħala Omma il-bnedmin kollha. Xi tfisser? X’kien iċ-ċentru għal Marija? Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija ma kienx post, dar. Ma kinitx il- kumdita’ tad-dar tagħha. L-anqas ma kienet ir-rabta tagħha mal-familja jew mal-pajjiż fejn hi twieldet u kienet tgħix. Kienet tħobbhom u tirrispettahom. Kienet tħobb id-dar u tieħu ħsiebha. Imma l-qalb tagħha ma kienx hawn. Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija – iċ-ċentru ta’ ħajjitha – kien jinsab f’relazzjoni. Anke hawnhekk: ma kinitx ir-relazzjoni ma’ Ġużeppi, għalkemm kienet tħobbu tassew. Ir-relazzjoni li kienet tagħtiha l-ħajja, il-qawwa, kienet dik ma’ Alla. Mas-Salmista, Marija setgħet dejjem tgħid: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek. Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, inti żżomm f’idejk xortija” (Salm 16 : 2-5). Irridu noqgħodu attenti li ma ngħidux: “imma dik kienet il-Madonna, għalhekk kienet faċli għaliha li ma tkunx marbuta ma’ post, familja, u tkun miftuħa kompletament għal Alla.” Marija kienet bniedma bħalna f’kollox. Id-differenza minna kienet li hi kienet meħlusa mid- dnub tan-nisel u allura setgġet tagħżel b’liberta’ sħiħa dak li tassew jgħinha tikber u timxi ‘l quddiem. B’hekk aħna nistgħu nħarsu lejha u nitgħallmu minnha kif għandna nagħżlu. Marija għamlet għażla: li ħajjitha tfassalha fuq il-Kelma ta’ Alla, li tgħix kontinwament miftuħa għall-Ispirtu ta’ Alla. Qalbha, moħħha kienu ntunati l-ħin kollu ma’ dak li Alla jrid minnha, mal-mod kif Alla kien qiegħed imexxiha bl-Ispirtu tiegħu.
  • 2. Dan kien iċ-ċentru fil-ħajja ta’ Marija: “Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek ... int tgħallimni t-triq tal-ħajja” (Salm 16 : 8,11). Huwa mingħand il-Mulej li Marija kienet iġġib l-orjentament ta’ ħajjitha: x’għandha tagħżel, x’għandha tagħmel, x’għandha tgħid, x’għandha taħseb, fejn għandha tmur, ma’ min għandha tiltaqa’. Kollox kien b’referenza għal Alla u l-Kelma tiegħu. Kollox riedet tgħix għall-glorja tiegħu. U għaliex qalbha kienet mimlija b’Alla, allura kienet tħares ‘il barra. Ma kinitx tingħalaq fil- bżonnijiet tagħha, imma qalbha kienet miftuħa beraħ għall-ieħor. Lesta li tmur tgħin. Lesta li tingħata. Lesta dejjem li tħobb, mingħajr ma toqgħod tqis x’ikun ifisser għaliha, kemm se jkollha tbati. U nemmen li hawnhekk għandna messaġġ ieħor importanti ħafna li twasslilna Marija: qalb miftuħa, ħerqa li tgħin, xewqa li nwassal il-ġid veru lill-oħrajn. Dan kollu ġej mill-imħabba li Alla jsawwab fi qlubna. San Pawl jgħidilna fl-Ittra lir-Rumani: “L-imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna” (5:5). Marija għalhekk, mimlija bl- Ispirtu Qaddis, hija wkoll mimlija bl-imħabba ta’ Alla; tgħallmet tħobb kif iħobb Alla nnisfu. L-istess jiġri lilna jekk aħna nkunu miftuħin għall-Ispirtu Qaddis fil-ħajja tagħna. X’għamlet Marija? Marret tgħin ... kienet sensittiva ... wasslet il-kelma lill-oħrajn. X’għandna nagħmlu aħna? Bħalha rridu miċ- ċentru nħossu l-ħtieġa li mmorru fil-periferiji tal- ħajja tagħna biex hemmhekk inxandru l- Evanġelju, ħafna drabi mhux tant bil-kliem – għalkemm anke dawn huma meħtieġa – imma żgur u dejjem permezz tax-xhieda ta’ ħajjitna. Liema huma l-periferiji tal-ħajja tagħna? Iż-żoni periferiċi tal-parroċċa tagħna. Ħafna drabi hawn insibu jgħixu nies li ġejjin minn inħawi oħra ta’ Malta u għadhom ma integrawx mal-komunita’ tagħna. Għadhom iħossuhom imwarrbin, esklużi. Xi drabi għax huma ma jagħmlux ħilithom. Drabi oħra għax aħna m’aħniex miftuħin biżżejjed biex nilqgħu lil min “mhux tagħna”. Imma l-periferiji m’humhiex dawn biss. Hemm periferiji oħra li rridu nagħtu kashom u għandna responsabbilta’ li nersqu lejhom u nħobbuhom, kif tgħallimna Marija. Ħa nuża l-kliem tal-Papa Franġisku meta kien qed jitkellem mal-Kattoliċi tal-Belt ta’ Ruma fis-17 ta’ Ġunju li għadda. Qalilhom hekk: “It-tħabbira tal-Evanġelju trid tasal l-ewwel u qabel kollox għand il-foqra, dawk li sikwit ikun jonqoshom dak li hu bżonnjuż biex ikunu jistgħu jgħix ħajja b’dinjita’. Lilhom tasal l-ewwel il-bxara t-tajba li Alla jħobbhom bi predilezzjoni u jiġi jżurhom permezz tal-ħidmiet tal-karita’ li d-dixxipli ta’ Kristu jwettqu f’simu ... Fil-mument tal-Ġudizzju tal-Aħħar, kif naqraw fil-kapitlu 25 ta’ Mattew, ilkoll se nkunu ġġudikati fuq dan”. Il-periferiji tal-faqar materjali Nirringrazjzjaw lill-Mulej li ħafna minna għandna dak li hu neċessarju għall-ħajja u forsi ħafna iktar ukoll. Imma kemm hu possibbli li l-ġid jagħlaqna fina nfusna? Kemm hu possibbli li iktar ma jkollok iktar tkun trid trekken għalik? Xi kultant ninsewha t-tbeżbiża ta’ Ġesu’: “Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min
  • 3. ikunu?” (Lq 12 : 20). Kemm għandna għajnejna miftuħin għal min hu tassew fil-bżonn, fqir anke fl-inħawi fejn ngħixu aħna? Kemm qed nersqu biex inwasslulhom l-Evanġelju tal- imħabba, tal-għotja tagħna nfusna, tas-sensittivita’ tagħna? Ma nistgħux nitkellmu biss minn faqar materjali. Jeżisti wkoll ħafna l-faqar tas-solitudni, ta’ nies li jħossuhom waħidhom, imwarrbin jew mhux apprezzati. Irridu nistaqsu lilna nfusna, kemm bħala komunita’ parrokkjali u kemm bħala Nsara individwali u bħala familji Nsara, x’qed nagħmlu biex inwasslu l-bxara t-tajba lil dawn il-persuni? Marija, meta marret għand Eliżabetta, wasslitilha l-ferħ tal-preżenza ta’ Ġesu’. Huwa l-ferħ li jkun ġej mill-imħabba li għandna ġewwa, mis-sensittivita’ tagħna, mill-istima tal-persuna li jkollna quddiemna. Kemm ngħaddi ħin nisma’ lil xi ħadd? Kemm lest li nwassal tbissima jew nagħti għajnuna fejn nara ħtieġa? Kemm lest li nitlef ħin minn tiegħi biex ningħata lill-oħrajn? Il-periferiji tal-immigranti Dan id-diskors irid iwassalna wkoll biex nitkellmu fuq periferiji oħrajn li huma skomdi għal diversi: il-periferiji tal-immigranti – persuni li għandhom kulur u razza differenti minn tagħna. Ejja ma nitkellmux b’mod ġenerali. Kulħadd irid jara kif ikun l-atteġġjament tiegħu lejn dawn il-persuni. Ma rridx ninstema’ sempliċistiku. Il-problema għandha diversi aspetti li żgur irridu nagħtu kashom. Imma hemm baħar jaqsam – skużawni l-pun – bejn dan u d- diskors mill-iżjed razzist u dispreġattiv fuq dawn il-ħolqien ta’ Alla, li xi wħud minnhom ikunu tassew qed ifittxu l-għajxien għalihom u għal familthom bi tbatija liema bħalha. Kemm qed inkunu aħna l-Kattoliċi aħbar tajba għal dawn in-nies, għal ħutna fis-soċjeta’ Maltija? Kemm qed inkunu ħmira ta’ mentalita’ ġdida? Kliem il-Papa f’Lampedusa għadu jidwi f’widnejna: “Nitolbu lill-Mulej jagħtina l-grazzja li nibku fuq l-indifferenza tagħna, li nibku fuq il-kefrija li hawn fid-dinja, li hemm fina, u anke f’dawk li mingħajr ma jissemmew jieħdu deċiżjonijiet soċjo-ekonomiċi li jiftu t-triq għal traġedji bħal dawn” (8 ta’ Lulju 2013). Il-periferiji tal-ħsieb Fl-aħħarnett hemm periferi oħra li rridu nżommu quddiem għajnejna: il-periferiji tal-ħsieb. Mill-ġdid se nikkwota mid-diskors tal-Papa Franġisku f’Ġunju li għadda: “L-Appostlu [San Pawl] jisħaq li l-Evanġelju huwa għal kulħadd, anke għall-għorrief. L-għerf li ġej mill- qawmien ta’ Ġesu’, ma jeħodhiex kontra l-għerf uman imma, għall-kuntrarju, isaffih u jelevah. Il-Knisja kienet dejjem preżenti fil-postijiet fejn tissawwar il-kultura. L-ewwel pass huwa dejjem il-prijorita għall-foqra. Imma rridu wkoll immorru fil-fruntieri tal-intellett, tal- kultura, tal-għoli tad-djalogu, id-djalogu li jġib il-paċi, id-djalogu intelletwali, id-djalogu raġunat”. U b’mod tassew sabiħ ikompli jgħidilna l-Papa: “Irridu mmorru lejn il-ġisem ta’ Ġesu’ li qed ibati, imma l-ġisem ta’ Ġesu’ ibati wkoll f’dawk li ma jagħrfuhx bl-istudju tagħhom, bl-intelliġenza tagħhom, bil-kultura tagħhom”.
  • 4. Għeżież, Marija llum qegħdha tħeġġiġna biex bħalha, frott il-laqgħa tagħna ta’ imħabba ma Alla li jrui lilu nnifsu f’Ġesu’ Kristu, inħossu dejjem iżjed il-ħtieġa li naslu f’dawn il- periferiji tal-ħajja biex hemmhekk nixhdu għall-Bxara t-Tajba. Marija tagħmlilna kuraġġ. Hija tgħallimna l-gratitudni u l-ġenerożita’. Ejjew ma nkunux xħaħ ma’ Alla, li huwa “għani fil-ħniena”. Marija tkun magħna u takkumpanjana f’din il-mixja ‘l barra minna nfusna lejn l- oħrajn. Talba tal-Beata Eliżabetta tat-Trinita’ O Marija, inti tattira lejk is-sema u hekk hu li l-Missier jafdalek il-Kelma tiegħu biex inti ssir Ommu, u l-Ispirtu tal-Imħabba jixħet id-dell tiegħu fuqek. Għandek jiġu t-Tliet Persuni, u s- sema kollu jinfetaħ u jitbaxxa sa ħdejk. Naduraw il-misteru ta’ dan Alla li jsir bniedem fik, Verġni Omm. O Omm tal-Kelma, kellimni fuq il- Misteru tiegħek: Wara l- Inkarnazzjoni tal-Mulej, kif għixt fuq l-art kollok mitlufa f’Adorazzjoni? F’paċi li ma nistgħux nesprimuha, f’silenzju misterjuż, init ġarrejt id-don ta’ Alla fik. Ħarisni dejjem f’tgħanniqa divina. Jalla jiena nġorr fija s-sinjal ta’ dan Alla tal-imħabba. AMMEN