SlideShare une entreprise Scribd logo
1  sur  4
Télécharger pour lire hors ligne
Ħsieb tat-TMIEN JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
Virtù li tispikka fil-qalb ta’ Marija hija l-imħabba: l-imħabba lejn Alla u l-imħabba lejn l-
oħrajn. Qalb li tkun issawwret mill-Ispirtu ta’ Alla ma tistax ma tkunx hekk, għaliex “Alla
huwa mħabba” (1 Ġw 4, 8). U San Pawl igħidilna li huwa l-Ispirtu s-Santu li jsawwab din l-
imħabba fi qlubna (ara Rum 5,5).
Kif iħobb Alla? Billi jingħata, billi jkun hemm għal min iħobb. Hija l-imħabba li hemm fil-
Misteru tat-Trinità Qaddisa, bejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Huwa wkoll il-mod ta’
mħabba li bih Alla jħobb lill-bnedmin. Jidher fil-milja tiegħu fuq is-Salib, fejn Alla magħmul
bniedem iħobb sal-aħħar, iħalli li qalbu tkun minfuda b’xabla, biex jurina li qiegħed jagħtina
kollox u li qalbu hija kompletament miftuħa għalina biex nidħlu u ngħammru għandu. Il-Papa
Benedittu XVI, fl-Enċiklika tiegħu Deus Caritas Est, jistedinna sabiex nibdew mill-ġenb
midrud ta’ Ġesù Msallab biex infissru x’inhi l-imħabba. “Meta jibda b’din il-
kontemplazzjoni, in-nisrani jsib it-triq għall-għajxien u għall-imħabba tiegħu” (par. 12).
Min jaf kemm Marija rriflettiet u ħasbet fuq din l-imħabba ta’ Alla? Min jaf kemm-il darba x-
xena tal-ġenb miftuħ ta’ Binha Ġesù telgħet fit-talb tagħha? U hi ħalliet li dan ikun il-mod ta’
mħabba tagħha għal Alla u għall-oħrajn. Hi kienet tipprova tilqa’ din l-imħabba tiegħu b’mod
sħih u twieġeb għaliha b’qalbha kollha. Qatt ħadd ma ħabb lil Alla daqs kemm ħabbitu
Marija. Qalbha, ħajjitha, ir-realtà kollha tagħha kienet mixgħula b’din l-imħabba. Kollox kien
immarkat minn din l-imħabba. Kollox kien għas-servizz ta’ din l-imħabba. Kull ġest, kull
kelma ta’ Marija kienu xhieda ta’ din l-imħabba tagħha lejn il-Mulej, Alla tagħha.
Il-Kantiku tal-Magnificat, Ruħi tfaħħar il-Kobor tal-Mulej, jurina li fil-qalba ta’ ħajjitha
kollha poġġiet lil Alla u l-imħabba tiegħu. Iċ-ċentru ta’ dan il-kantiku nsibuh f’dik l-istqarrija
ta’ Marija: “Qaddis hu l-isem tiegħu” (Lq 1,49b). Marija “ma qegħditx lilha nnifisha fin-nofs,
iżda ħalliet il-post lil Alla li ltaqgħet miegħu fit-talb
kif ukoll fil-qadi tal-proxxmu” (Deus Caritas Est, 41).
Il-Papa Benedittu XVI jagħmel din ir-riflessjoni fuq
il-Madonna li trid tgħinna nifhmu kif aħna wkoll
nistgħu nsiru bħal Marija, nisa u rġiel li nħobbu.
“Ċertament hija li temmen kif ukoll taħseb bil-fidi
skont il-ħsibijiet ta’ Alla u trid skont ir-rieda ta’ Alla,
hija ma tistax tkun ħlief mara li tħobb” (par. 41).
Inħallu ftit l-immaġinazzjoni tagħna timraħ u naraw l-
imħabba ta’ Marija lejn San Ġużepp u lejn Ġesù ... il-
kura, il-ħlewwa, l-attenzjoni. Naraw il-qalb tajba u
attenta ta’ Marija f’Kana meta ndunat li naqas l-inbid
– element mill-iżjed importanti f’tieġ Lhudi – u wriet
din il-ħtieġa lil Ġesù. Nilmħu din l-imħabba fil-
preżenza ta’ Marija taħt is-Salib ta’ Binha Ġesù fejn
tibqa’ hemm tħobb u tingħata sal-aħħar.
Mument li fih tispikka din l-imħabba hija ż-Żjara lil qariba tagħha Eliżabetta. Huwa mument
li jurina r-rabta intima li hemm bejn ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u r-relazzjoni tagħna mal-
oħrajn. San Luqa jgħidilna li hekk kif saret taf mingħand l-Anġlu Gabrijel li Eliżabetta kienet
tqila, hi “qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet” (Lq 1,39). U hemm tibqa’ “għal tliet xhur”
(1,56), li juri li kien impenn serju u twil, mhux xi ħaġa ta’ malajr. Ma kinitx sempliċement
żjara ta’ kortesija, imma xammret il-kmiem, għinet fil-fatt lil dik li kellha bżonn għajnuna u
attenzjoni partikulari.
Għeżież, dan kollu jrid jgħinna nifhmu aħjar kif aħna għandna nħobbu lill-oħrajn. L-imħabba
vera mhijiex sempliċement sentiment imma trid toħroġ u tibda mill-esperjenza tal-imħabba
ta’ Alla għalina. Alla li hu mħabba jgħallimna dejjem kif għandna nħobbu. X’inhuma l-
karatteristiċi tal-imħabba ta’ Alla? Fit-Testment il-Qadim insibu ritornell li jirritorna diversi
drabi li donnu jrid jiddeskrivilna l-imħabba ta’ Alla għalina. Insibuh l-ewwel darba fil-kuntest
tad-dnub il-kbir tal-poplu ta’ Iżrael, meta dawn bdew iqimu l-għoġol tad-deheb minflok lil
Alla wieħed. Fid-djalogu li Alla kellu ma’ Mosè, Alla deher lil Mosè u nstema’ leħen jgħid:
“Il-Mulej! Il-Mulej! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà”
(Eżod 34, 6). U l-iqsar salm tas-Salterju, is-Salm 117, li aħna nkantaw wara l-Barka
Sagramentali, il-ġnus kollha huma mistednin ifaħhru u jsebbħu lill-Mulej, “għaliex kbira hi t-
tjieba tiegħu magħna, il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem”. Ħniena, tjieba, fedeltà,
mogħdrija, maħfra: dawn kollha huma
l-marka tal-imħabba ta’ Alla għall-
bniedem, għal kull wieħed minna.
Dawn isibu l-qofol u l-milja tagħhom
f’Ġesù Msallab: Alla li huwa fidil,
twajjeb, ħanin, lest li jagħder u jħenn
sal-għotja totali tiegħu nnifsu lilna,
midinbin. Biżżejjed niftakru kemm
Alla jkun ħerqan li jilqagħna fis-
Sagrament tal-Qrar biex jagħtina l-
maħfra tiegħu u jagħtina t-tgħanniqa
kollha mħabba tal-Missier.
Imma ma nistgħux nieqfu hawn. Aħna wkoll, bħal Marija, irridu ngħixu din l-imħabba ta’
Alla mal-oħrajn, ibda min-nies li tgħix magħhom id-dar, kompli għal-kollegi tiegħek fuq il-
post tax-xogħol, u ibqa’ sejjer għall-familjari, ġirien u persuni oħra li niltaqgħu magħhom fil-
ħajja. Espressjoni li dejjem ġagħlitni naħseb u nirrifletti hija din: “Inti qrib ta’ Alla
daqskemm inti qrib tal-iktar persuna ’il bogħod minn qalbek bħalissa”. Tpoġġi sfida kbira
quddiemna, hux vera? Aħseb ftit f’dik il-persuna li tħossha ’l bogħod minn qalbek għal xi
raġuni ... daqshekk inti ’l bogħod mill-Mulej f’dan il-ħin! Hija stedina qawwija ħafna li qed
jagħmlilna l-Mulej permezz ta’ Marija biex nirrikonċiljaw ruħna ma’ xulxin, biex ma
nkomplux iċ-ċiklu ta’ vjolenza imma biex nibda jien billi naħfer, billi nersaq lejn dak li jkun,
anke jekk jien inħossni l-vittma tas-sitwazz joni. Marija tgħallimna l-umiltà u d-disponibiltà.
Kemm nistgħu nkunu ta’ skandlu għall-oħrajn jekk ngħidu li nħobbu lil Alla u nersqu lejh
biex inqimuh, imma mbagħad ma ngħixux din l-imħabba fil-konkret tal-ħajja tagħna! Kemm
tkun kerha jekk jiena nirċievi l-Ewkaristija – Alla li qiegħed jingħata għalija – u jiena ma
ngħixx bħala bniedem li jħobb, li lest jingħata lill-oħrajn, imma forsi nfixkel, noħloq
diffikultajiet u nipprova nkisser lil xi ħadd!
Żmien ilu xi ħadd semmieli fatt ta’ persuna li tieħu sehem fil-quddiesa kull jum u titqarben
imma mbagħad tagħmel il-ħajja mill-iżjed diffiċli għal ħaddieħor, taħtaf lil kull min titkellem
miegħu, trid li dejjem tgħaddi tagħha. Persuna bħal din kemm tagħmilha diffiċli biex tressaq
lill-oħrajn lejn Ġesù! Ma naħsibx li Marija kienet hekk, hux veru?!
U x’inhi t-tentazzjoni tagħna f’dawn il-mumenti? Li nwaħħlu fl-oħrajn! Li t-tort mhux tagħna
imma huma l-oħrajn li jagħmlulna l-ħajja diffiċli. Ovvjament, diversi drabi dan ikun minnu ...
imma mhux dejjem! Mhux l-ewwel darba u tnejn li nkun jien il-problema! U rrid inkun
sinċier u onest biżżejjed innifsi biex ninduna u nħalli l-Kelma ta’ Alla tmissni u tiffurmani
biex tagħmilni nixbaħ iżjed lil Marija, li tixbaħ b’mod sħiħ lil Ġesù. Imma anke meta l-
problema tkun il-persuna l-oħra, jien bħala dixxiplu ta’ Ġesù imsejjaħ biex nibqa’ dejjem
inħobb, biex ngħix il-valuri tal-Evanġelju f’dawn iċ-ċirkustanzi. Il-mistoqsija li tajjeb li
nagħmel lili nnifsi f’mumenti bħal dawn hija: “X’kien jagħmel Ġesù f’mument bħal dan?” U
jien nagħmel hekk ukoll bl-għajnuna tiegħu.
Nhar it-Tnejn li għadda (2 ta’ Settembru 2013), il-Papa Franġisku kellu kelma qawwija ħafna
f’dan ir-rigward li xtaqt ukoll li naqsamha magħkom. Kien qed jitkellem dwar il-mod kif
aħna nitkellmu fuq xulxin u xi kultant ntaqtqu fuq xulxin. Il-Papa qal hekk: “min, f’komunità,
jitkellem kontra ħuh jispiċċa biex ‘ikun irid
joqtlu’”. U jfakkarna f’dak li jgħidilna San
Ġwann fl-Ewwel Ittra tiegħu (3,15) li “kull
min jobgħod lil ħuh hu qattiel”. U kompla
jgħidilna l-Papa: “aħna mdorrijin inparlaw
fuq xulxin, inpeċilqu fuq xulxin u sikwit
ndawwru il-komunitajiet tagħna u xi kultant
il-familja tagħna f’‘infern’, fejn tidher din il-
forma ta’ kriminalità li twassal biex ‘noqtlu
lil ħutna b’ilsienna’.” Tgħodd għalija din?
Għandi bżonn naħdem fuqha?
Għeżież, mhux biżżejjed li nqerruhom dawn id-dnubiet u n-nuqqasijiet. Jeħtieġ naħdmu bis-
serjetà fuqhom billi nħallu li l-Kelma ta’ Alla tbiddel lil qalbna minn qalb taż-żonqor għal
qalb tal-laħam li lesta tħobb, taħfer, tagħder, u ma tibqax marbuta ma’ affarijiet tal-passat. Il-
Beata Tereża ta’ Calcutta, li llum (5 ta’ Settembru) qed nagħmlu t-tifkira tagħha tgħidilna:
“Meta inti tiġġudika lill-oħrajn, ma jkollokx ħin tħobbhom”. Għalhekk, itfa’ l-enerġija kollha
fl-imħabba, kif kienet tagħmel Marija u kun int – kif kienet hi – li tibdel l-ambjent li fih tgħix.
Aħjar tixgħel sulfarina ċkejkna milli tisħet id-dlam li tkun fih!
Xi kultant ma jkunx jitlob wisq: tbissima, kelma ta’ kuraġġ, tisma’ b’attenzjoni lil dak li jkun,
xi għajnuna ċkejkna li ma titlobx wisq minnek, ma tgħidx kelma li taf li mhijiex frott l-
imħabba, ma tkomplix ma’ oħrajn li qegħdin ikasbru jew jitkellmu ħażin fuq ħaddieħor.
Imma drabi oħra l-imħabba titlob ħafna iktar sforz u impenn min-naħa tagħna. Tkun qed
titlob li tmut tassew għalik innifsek, għaliex tkun irċevejt xi weġgħa tassew kbira. B’mod
speċjali f’dawn il-mumenti rridu nduru lejn l-Ispirtu s-Santu u nħalluh idewwina hu,
jgħallimna nħobbu u naħfru, idawwar il-weġgħa tal-qalb f’talba ta’ interċessjoni.
Madre Tereża tissuġġerilna mod ieħor li nħoss li jagħmel ħafna sens: ersaq dejjem iżjed qrib
ta’ Marija Ommna, hi li għandha qalbha kollha safja, sabiħa, bla tebgħa; hi li taf tħobb tassew
kif iħobb Alla. Poġġi f’ħoġor il-Madonna dak
kollu li qiegħed itaqqlek f’dan il-mument, il-
ħsibijiet, il-preokkupazzjonijiet, il-weġgħat
tiegħek, id-dnubiet u n-nuqqasijiet tiegħek, it-
taqbid tiegħek fil-ħajja spiritwali. Hekk nibdew
naqsmu magħha r-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù
Msallab u tgħallimna nsiru nixbħuh. Imbagħad,
itlob lil Marija Ommna tisielfek ’il qalbha. San
Efrem kien qal: “Jalla l-ispirtu ta’ Marija ikun
f’kull ruħ biex tagħti glorja lill-Mulej”. B’hekk
nibdew inħobbu, naqdu, nersqu lejn l-oħrajn bil-
qalb ta’ Marija, tant mimlija imħabba u umiltà.
Min jaf x’rivoluzzjoni sseħħ jekk nippermettu li
jiġri dan!
Talba ta’ San Alfons Marija de Liguori
O Verġni bla tebgħa l-iktar qaddisa, o Omm tiegħi, Marija,
lilek li int Omm il-Mulej tiegħi,
ir-Reġina tad-dinja, l-Avukata u t-Tama tagħna,
il-Kenn tal-Midinbin,
għandek niġi jien, li jien l-iktar miskin fost ħafna.
Lilek inqim, o Sultana kbira,
u nirringrazzjak għall-grazzji kollha li tajtni s’issa,
speċjalment li teħlisni mill-infern li jien kont nistħoqq diversi drabi.
Inħobbok, o Sinjura l-iżjed ħelwa, u għall-imħabba li għandi għalik,
inwegħdek li rrid nibqa’ naqdik u nagħmel dak li nista’,
sabiex int tkun maħbuba mill-oħrajn.
Fik inqiegħed it-tamiet kollha tiegħi, saħħti kollha;
ilqagħni bħala qaddej tiegħek u daħħalni taħt il-mant tiegħek,
o Omm ħanina.
U minħabba li int tant qawwija quddiem Alla,
eħlisni minn kull tentazzjoni,
jew ikseb għalija l-qawwa li nirbaħ kull tentazzjoni sal-mewt. Ammen.

Contenu connexe

Plus de zamchar

Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Haddzamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parroccazamchar
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014zamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2zamchar
 

Plus de zamchar (20)

Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 

Priedka 8 novena

  • 1. Ħsieb tat-TMIEN JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Virtù li tispikka fil-qalb ta’ Marija hija l-imħabba: l-imħabba lejn Alla u l-imħabba lejn l- oħrajn. Qalb li tkun issawwret mill-Ispirtu ta’ Alla ma tistax ma tkunx hekk, għaliex “Alla huwa mħabba” (1 Ġw 4, 8). U San Pawl igħidilna li huwa l-Ispirtu s-Santu li jsawwab din l- imħabba fi qlubna (ara Rum 5,5). Kif iħobb Alla? Billi jingħata, billi jkun hemm għal min iħobb. Hija l-imħabba li hemm fil- Misteru tat-Trinità Qaddisa, bejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Huwa wkoll il-mod ta’ mħabba li bih Alla jħobb lill-bnedmin. Jidher fil-milja tiegħu fuq is-Salib, fejn Alla magħmul bniedem iħobb sal-aħħar, iħalli li qalbu tkun minfuda b’xabla, biex jurina li qiegħed jagħtina kollox u li qalbu hija kompletament miftuħa għalina biex nidħlu u ngħammru għandu. Il-Papa Benedittu XVI, fl-Enċiklika tiegħu Deus Caritas Est, jistedinna sabiex nibdew mill-ġenb midrud ta’ Ġesù Msallab biex infissru x’inhi l-imħabba. “Meta jibda b’din il- kontemplazzjoni, in-nisrani jsib it-triq għall-għajxien u għall-imħabba tiegħu” (par. 12). Min jaf kemm Marija rriflettiet u ħasbet fuq din l-imħabba ta’ Alla? Min jaf kemm-il darba x- xena tal-ġenb miftuħ ta’ Binha Ġesù telgħet fit-talb tagħha? U hi ħalliet li dan ikun il-mod ta’ mħabba tagħha għal Alla u għall-oħrajn. Hi kienet tipprova tilqa’ din l-imħabba tiegħu b’mod sħih u twieġeb għaliha b’qalbha kollha. Qatt ħadd ma ħabb lil Alla daqs kemm ħabbitu Marija. Qalbha, ħajjitha, ir-realtà kollha tagħha kienet mixgħula b’din l-imħabba. Kollox kien immarkat minn din l-imħabba. Kollox kien għas-servizz ta’ din l-imħabba. Kull ġest, kull kelma ta’ Marija kienu xhieda ta’ din l-imħabba tagħha lejn il-Mulej, Alla tagħha. Il-Kantiku tal-Magnificat, Ruħi tfaħħar il-Kobor tal-Mulej, jurina li fil-qalba ta’ ħajjitha kollha poġġiet lil Alla u l-imħabba tiegħu. Iċ-ċentru ta’ dan il-kantiku nsibuh f’dik l-istqarrija ta’ Marija: “Qaddis hu l-isem tiegħu” (Lq 1,49b). Marija “ma qegħditx lilha nnifisha fin-nofs, iżda ħalliet il-post lil Alla li ltaqgħet miegħu fit-talb kif ukoll fil-qadi tal-proxxmu” (Deus Caritas Est, 41). Il-Papa Benedittu XVI jagħmel din ir-riflessjoni fuq il-Madonna li trid tgħinna nifhmu kif aħna wkoll nistgħu nsiru bħal Marija, nisa u rġiel li nħobbu. “Ċertament hija li temmen kif ukoll taħseb bil-fidi skont il-ħsibijiet ta’ Alla u trid skont ir-rieda ta’ Alla, hija ma tistax tkun ħlief mara li tħobb” (par. 41). Inħallu ftit l-immaġinazzjoni tagħna timraħ u naraw l- imħabba ta’ Marija lejn San Ġużepp u lejn Ġesù ... il- kura, il-ħlewwa, l-attenzjoni. Naraw il-qalb tajba u attenta ta’ Marija f’Kana meta ndunat li naqas l-inbid – element mill-iżjed importanti f’tieġ Lhudi – u wriet din il-ħtieġa lil Ġesù. Nilmħu din l-imħabba fil- preżenza ta’ Marija taħt is-Salib ta’ Binha Ġesù fejn tibqa’ hemm tħobb u tingħata sal-aħħar.
  • 2. Mument li fih tispikka din l-imħabba hija ż-Żjara lil qariba tagħha Eliżabetta. Huwa mument li jurina r-rabta intima li hemm bejn ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u r-relazzjoni tagħna mal- oħrajn. San Luqa jgħidilna li hekk kif saret taf mingħand l-Anġlu Gabrijel li Eliżabetta kienet tqila, hi “qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet” (Lq 1,39). U hemm tibqa’ “għal tliet xhur” (1,56), li juri li kien impenn serju u twil, mhux xi ħaġa ta’ malajr. Ma kinitx sempliċement żjara ta’ kortesija, imma xammret il-kmiem, għinet fil-fatt lil dik li kellha bżonn għajnuna u attenzjoni partikulari. Għeżież, dan kollu jrid jgħinna nifhmu aħjar kif aħna għandna nħobbu lill-oħrajn. L-imħabba vera mhijiex sempliċement sentiment imma trid toħroġ u tibda mill-esperjenza tal-imħabba ta’ Alla għalina. Alla li hu mħabba jgħallimna dejjem kif għandna nħobbu. X’inhuma l- karatteristiċi tal-imħabba ta’ Alla? Fit-Testment il-Qadim insibu ritornell li jirritorna diversi drabi li donnu jrid jiddeskrivilna l-imħabba ta’ Alla għalina. Insibuh l-ewwel darba fil-kuntest tad-dnub il-kbir tal-poplu ta’ Iżrael, meta dawn bdew iqimu l-għoġol tad-deheb minflok lil Alla wieħed. Fid-djalogu li Alla kellu ma’ Mosè, Alla deher lil Mosè u nstema’ leħen jgħid: “Il-Mulej! Il-Mulej! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Eżod 34, 6). U l-iqsar salm tas-Salterju, is-Salm 117, li aħna nkantaw wara l-Barka Sagramentali, il-ġnus kollha huma mistednin ifaħhru u jsebbħu lill-Mulej, “għaliex kbira hi t- tjieba tiegħu magħna, il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem”. Ħniena, tjieba, fedeltà, mogħdrija, maħfra: dawn kollha huma l-marka tal-imħabba ta’ Alla għall- bniedem, għal kull wieħed minna. Dawn isibu l-qofol u l-milja tagħhom f’Ġesù Msallab: Alla li huwa fidil, twajjeb, ħanin, lest li jagħder u jħenn sal-għotja totali tiegħu nnifsu lilna, midinbin. Biżżejjed niftakru kemm Alla jkun ħerqan li jilqagħna fis- Sagrament tal-Qrar biex jagħtina l- maħfra tiegħu u jagħtina t-tgħanniqa kollha mħabba tal-Missier. Imma ma nistgħux nieqfu hawn. Aħna wkoll, bħal Marija, irridu ngħixu din l-imħabba ta’ Alla mal-oħrajn, ibda min-nies li tgħix magħhom id-dar, kompli għal-kollegi tiegħek fuq il- post tax-xogħol, u ibqa’ sejjer għall-familjari, ġirien u persuni oħra li niltaqgħu magħhom fil- ħajja. Espressjoni li dejjem ġagħlitni naħseb u nirrifletti hija din: “Inti qrib ta’ Alla daqskemm inti qrib tal-iktar persuna ’il bogħod minn qalbek bħalissa”. Tpoġġi sfida kbira quddiemna, hux vera? Aħseb ftit f’dik il-persuna li tħossha ’l bogħod minn qalbek għal xi raġuni ... daqshekk inti ’l bogħod mill-Mulej f’dan il-ħin! Hija stedina qawwija ħafna li qed jagħmlilna l-Mulej permezz ta’ Marija biex nirrikonċiljaw ruħna ma’ xulxin, biex ma nkomplux iċ-ċiklu ta’ vjolenza imma biex nibda jien billi naħfer, billi nersaq lejn dak li jkun, anke jekk jien inħossni l-vittma tas-sitwazz joni. Marija tgħallimna l-umiltà u d-disponibiltà. Kemm nistgħu nkunu ta’ skandlu għall-oħrajn jekk ngħidu li nħobbu lil Alla u nersqu lejh biex inqimuh, imma mbagħad ma ngħixux din l-imħabba fil-konkret tal-ħajja tagħna! Kemm tkun kerha jekk jiena nirċievi l-Ewkaristija – Alla li qiegħed jingħata għalija – u jiena ma
  • 3. ngħixx bħala bniedem li jħobb, li lest jingħata lill-oħrajn, imma forsi nfixkel, noħloq diffikultajiet u nipprova nkisser lil xi ħadd! Żmien ilu xi ħadd semmieli fatt ta’ persuna li tieħu sehem fil-quddiesa kull jum u titqarben imma mbagħad tagħmel il-ħajja mill-iżjed diffiċli għal ħaddieħor, taħtaf lil kull min titkellem miegħu, trid li dejjem tgħaddi tagħha. Persuna bħal din kemm tagħmilha diffiċli biex tressaq lill-oħrajn lejn Ġesù! Ma naħsibx li Marija kienet hekk, hux veru?! U x’inhi t-tentazzjoni tagħna f’dawn il-mumenti? Li nwaħħlu fl-oħrajn! Li t-tort mhux tagħna imma huma l-oħrajn li jagħmlulna l-ħajja diffiċli. Ovvjament, diversi drabi dan ikun minnu ... imma mhux dejjem! Mhux l-ewwel darba u tnejn li nkun jien il-problema! U rrid inkun sinċier u onest biżżejjed innifsi biex ninduna u nħalli l-Kelma ta’ Alla tmissni u tiffurmani biex tagħmilni nixbaħ iżjed lil Marija, li tixbaħ b’mod sħiħ lil Ġesù. Imma anke meta l- problema tkun il-persuna l-oħra, jien bħala dixxiplu ta’ Ġesù imsejjaħ biex nibqa’ dejjem inħobb, biex ngħix il-valuri tal-Evanġelju f’dawn iċ-ċirkustanzi. Il-mistoqsija li tajjeb li nagħmel lili nnifsi f’mumenti bħal dawn hija: “X’kien jagħmel Ġesù f’mument bħal dan?” U jien nagħmel hekk ukoll bl-għajnuna tiegħu. Nhar it-Tnejn li għadda (2 ta’ Settembru 2013), il-Papa Franġisku kellu kelma qawwija ħafna f’dan ir-rigward li xtaqt ukoll li naqsamha magħkom. Kien qed jitkellem dwar il-mod kif aħna nitkellmu fuq xulxin u xi kultant ntaqtqu fuq xulxin. Il-Papa qal hekk: “min, f’komunità, jitkellem kontra ħuh jispiċċa biex ‘ikun irid joqtlu’”. U jfakkarna f’dak li jgħidilna San Ġwann fl-Ewwel Ittra tiegħu (3,15) li “kull min jobgħod lil ħuh hu qattiel”. U kompla jgħidilna l-Papa: “aħna mdorrijin inparlaw fuq xulxin, inpeċilqu fuq xulxin u sikwit ndawwru il-komunitajiet tagħna u xi kultant il-familja tagħna f’‘infern’, fejn tidher din il- forma ta’ kriminalità li twassal biex ‘noqtlu lil ħutna b’ilsienna’.” Tgħodd għalija din? Għandi bżonn naħdem fuqha? Għeżież, mhux biżżejjed li nqerruhom dawn id-dnubiet u n-nuqqasijiet. Jeħtieġ naħdmu bis- serjetà fuqhom billi nħallu li l-Kelma ta’ Alla tbiddel lil qalbna minn qalb taż-żonqor għal qalb tal-laħam li lesta tħobb, taħfer, tagħder, u ma tibqax marbuta ma’ affarijiet tal-passat. Il- Beata Tereża ta’ Calcutta, li llum (5 ta’ Settembru) qed nagħmlu t-tifkira tagħha tgħidilna: “Meta inti tiġġudika lill-oħrajn, ma jkollokx ħin tħobbhom”. Għalhekk, itfa’ l-enerġija kollha fl-imħabba, kif kienet tagħmel Marija u kun int – kif kienet hi – li tibdel l-ambjent li fih tgħix. Aħjar tixgħel sulfarina ċkejkna milli tisħet id-dlam li tkun fih! Xi kultant ma jkunx jitlob wisq: tbissima, kelma ta’ kuraġġ, tisma’ b’attenzjoni lil dak li jkun, xi għajnuna ċkejkna li ma titlobx wisq minnek, ma tgħidx kelma li taf li mhijiex frott l- imħabba, ma tkomplix ma’ oħrajn li qegħdin ikasbru jew jitkellmu ħażin fuq ħaddieħor. Imma drabi oħra l-imħabba titlob ħafna iktar sforz u impenn min-naħa tagħna. Tkun qed titlob li tmut tassew għalik innifsek, għaliex tkun irċevejt xi weġgħa tassew kbira. B’mod
  • 4. speċjali f’dawn il-mumenti rridu nduru lejn l-Ispirtu s-Santu u nħalluh idewwina hu, jgħallimna nħobbu u naħfru, idawwar il-weġgħa tal-qalb f’talba ta’ interċessjoni. Madre Tereża tissuġġerilna mod ieħor li nħoss li jagħmel ħafna sens: ersaq dejjem iżjed qrib ta’ Marija Ommna, hi li għandha qalbha kollha safja, sabiħa, bla tebgħa; hi li taf tħobb tassew kif iħobb Alla. Poġġi f’ħoġor il-Madonna dak kollu li qiegħed itaqqlek f’dan il-mument, il- ħsibijiet, il-preokkupazzjonijiet, il-weġgħat tiegħek, id-dnubiet u n-nuqqasijiet tiegħek, it- taqbid tiegħek fil-ħajja spiritwali. Hekk nibdew naqsmu magħha r-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù Msallab u tgħallimna nsiru nixbħuh. Imbagħad, itlob lil Marija Ommna tisielfek ’il qalbha. San Efrem kien qal: “Jalla l-ispirtu ta’ Marija ikun f’kull ruħ biex tagħti glorja lill-Mulej”. B’hekk nibdew inħobbu, naqdu, nersqu lejn l-oħrajn bil- qalb ta’ Marija, tant mimlija imħabba u umiltà. Min jaf x’rivoluzzjoni sseħħ jekk nippermettu li jiġri dan! Talba ta’ San Alfons Marija de Liguori O Verġni bla tebgħa l-iktar qaddisa, o Omm tiegħi, Marija, lilek li int Omm il-Mulej tiegħi, ir-Reġina tad-dinja, l-Avukata u t-Tama tagħna, il-Kenn tal-Midinbin, għandek niġi jien, li jien l-iktar miskin fost ħafna. Lilek inqim, o Sultana kbira, u nirringrazzjak għall-grazzji kollha li tajtni s’issa, speċjalment li teħlisni mill-infern li jien kont nistħoqq diversi drabi. Inħobbok, o Sinjura l-iżjed ħelwa, u għall-imħabba li għandi għalik, inwegħdek li rrid nibqa’ naqdik u nagħmel dak li nista’, sabiex int tkun maħbuba mill-oħrajn. Fik inqiegħed it-tamiet kollha tiegħi, saħħti kollha; ilqagħni bħala qaddej tiegħek u daħħalni taħt il-mant tiegħek, o Omm ħanina. U minħabba li int tant qawwija quddiem Alla, eħlisni minn kull tentazzjoni, jew ikseb għalija l-qawwa li nirbaħ kull tentazzjoni sal-mewt. Ammen.