1. Entrepreneurial mind sets
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna
tal-Kummissjoni Ewropea
Kif tista’ tirnexxi
Modulu 8
2. Eħles il-proċeduri legali
Jogħġbok jew ma jogħġbokx, jekk ħa tibda negozju, f’xi punt jew ieħor
trid tibda taħseb dwar il-kwistjonijiet legali. Hekk hu – il-parti
burokratika. Jidhirlek li hija biċċa ksir ir-ras? Li hija diffiċli?
Irrispettivament minn kif taħsibha dwar dan, il-parti legali għat-tnedja
tan-negozju tiegħek mhux bilfors hija irritanti daqs kemm taħseb.
3. Eħles il-proċeduri legali
Sa mill-bidu trid tikkunsidra xi affarijiet
partikolari, bħal:
X’tip ta’ struttura legali se jkollu n-negozju?
Ovvjament, ladarba tkun ħlist din il-parti, trid
taħseb dwar kif se tipproteġi dak li għandek.
Iva, dik li jsejħulha b’mod pjuttost bombastiku
bħala l-Proprjetà Intellettwali ... jiġifieri d-
Drittijiet tal-Awtur, it-trademarks, il-privattivi,
eċċ.
Kif tista’ tipproteġi d-disinji, il-marka, ir-ritratti
jew il-kreazzjonijiet tiegħek?
4. Eħles il-proċeduri legali
Imbagħad jiġu r-regoli. Hu x’inhu dak li qed
twaqqaf – ħanut tal-artiġjanat jew
pjattaforma tal-bejgħ bl-imnut onlajn –
jeżistu regoli u regolamenti li trid tosserva.
Jeżistu regolamenti tal-gvern lokali?
Jeżistu regoli nazzjonali jew internazzjonali li
japplikaw?
Din il-gwida tgħinek tħabbat wiċċek ma’ dawn
il-proċeduri kollha u titfak fid-direzzjoni t-
tajba, fejn tkun tista’ ssib il-prusuni u l-postijiet
adatti biex tikseb għajnuna ħalli teħles id-
dettalji legali.
5. Tipi ta’ intrapriżi li jistgħu jiġu stabbiliti
Teżisti firxa sħiħa ta’ strutturi
legali disponibbli għan-negozji. L-
għażla tal-istruttura t-tajba
tiddependi prinċipalment fuq it-
tip ta’ negozju u fuq il-preferenzi
personali tal-proprjetarju.
6. Tipi ta’ intrapriżi li jistgħu jiġu stabbiliti
Ix-xogħol frilans u l-impjieg indipendenti huma t-tipi
l-iktar frekwenti ta’ impjieg fis-settur kreattiv, u
jeżistu konċentrazzjonijiet partikolarment kbar ta’
intrapriżi żgħar u imprendituri individwali fil-mużika u
fl-arti tal-ispettaklu, fid-dinja tal-films, fit-televiżjoni u
fir-radju.
Dawn l-intrapriżi għandhom it-tendenza li jibqgħu fuq
skala żgħira minħabba n-natura kreattiva tal-
attivitajiet involuti. L-“artisti imprendituri” jeħtieġ li
jkollhom il-kontroll fuq il-kreattività tagħhom u fuq il-
fakultà li jkunu innovattivi fil-professjoni tagħhom. Is-
settur taż-żfin, b’mod partikolari, għandu numru kbir
ta’ artisti individwali li jaħdmu għal rashom u l-
kumpaniji taż-żfin ukoll għandhom it-tendenza li
jkunu kumpaniji żgħar, u ta’ spiss itineranti.
Il-parti l-kbira tal-
artisti, tad-
disinjaturi, tal-
kreaturi, u tal-
ħaddiema frilans
huma imprendituri
individwali
7. Tipi ta’ intrapriżi li jistgħu jiġu stabbiliti
Dan l-aħħar it-tkabbir mgħaġġel ta’ Internet u d-
distribuzzjoni diġitali tal-mużika, kif ukoll l-iżvilupp ta’
negozji tal-mużika onlajn li jużaw it-teknoloġija l-iktar
reċenti, wasslu għal żieda sinifikanti fl-importanza tar-rwol
intraprenditojali fl-oqsma ewlenin ta’ tkabbir tal-industrija
tal-mużika. Qegħdin jinfetħu swieq ġodda u mudelli ta’
negozji ġodda għad-distribuzzjoni tal-mużika fl-oqsma
ġodda tal-midja, bir-riżultat li iktar artisti għandhom il-
possibbiltà li jagħmluha huma stess ta’ imprendituri
kulturali, b’mod indipendenti mill-kumpaniji u mill-
maniġments tad-diski, u qed iżommu d-drittijiet tal-awtur
tagħhom.
Qed titfaċċa kultura tal-mużika promossa minn SMEs
indipendenti. Qegħdin jinbtu wkoll netwerks biex jappoġjaw
din il-kultura u tendenzi simili qegħdin jibdew jaffettwaw l-
industriji tal-films u tax-xandir.
8. It-tipi ewlenin ta’ strutturi ta’ negozju disponibbli għall-intrapriżi:
Kummerċ
individwali
Negozju li huwa
l-propjetà ta’ u
jiġi kkontrollat
minn persuna
waħda
Eżempji:
Fotografi,
ġurnalisti, l-arti
tal-ispettaklu,
disinjaturi ta’ siti
web, DJs, artisti,
disinjaturi grafiċi
Sħab
Negozju li huwa
l-proprjetà ta’
żewġ persuni jew
iżjed.
Eżempji:
Kumpanija ta’
konsulenza u
kumpanija tal-
kummerċjalizzazz
joni diġtali
Kumpannija
Kumpanija li l-
ishma tagħha
jinżammu b’mod
privat minn
grupp żgħir ta’
persuni.
Eżempji:
Konsulent legali,
kontabilist u
dentisti
Franchise
Il-franchising
huwa meta
wieħed jakkwista
d-dritt li jsir
jagħmel parti
minn negozju
eżistenti u li juża
idea ta’ negozju
Eżempji:
McDonalds,
Costa Coffee, The
Creation Station
u Jo Jingles Ltd
Intrapriża
soċjali
Negozju li
jipprattika l-
intraprenditorija
għal fini soċjali.
Il-profitt jew is-
surplus
iġġenerat,
ġeneralment jiġi
investit mill-ġdid
fil-kumpanija jew
fil-komunità.
Eżempji:
The Big Issue u r-
restorant “Fiftee
n” ta’ Jamie
Oliver
9. Vantaġġi u żvantaġġi
Kull tip ta’ struttura legali għal negozju
għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha.
Jekk qed tibda negozju, fittex parir
professjonali meta tagħżel struttura/status.
10. Tipi ta’ Intrapriżi Vantaġġi Żvantaġġi
Kummerċ
individwali
• Faċli biex twaqqaf
• Ma jkollokx taqsam il-profitti ma’
ħaddieħor
• Ħadd mhu sidek
• Il-kontijiet ma jkunux disponibblii
għall-pubbliku
• Inti responsabbli personalment għad-
djun
• Int biss responsabbli
• Aċċess limitat għall-kapital
• Ma hemm ħadd ma min tista’ taqsam il-
problemi
• Diffiċli biex tikseb kopertura għal meta
tkun marid
Sħab • Responsabbiltajiet & xogħol kondivżi
• Tikkombina ħiliet & riżorsi
• Żieda fis-sorsi ta’ kapital
• Riskju kondiviż
• Appoġġ reċiproku
• Titlu & kontroll kondiviżi
• Profitti kondiviżi
• Nuqqas ta’ qbil
• L-ilħuq ta’ deċiżjonijiet jista’ jkun iktar
diffiċli
Kumpanija
b’responsabbiltà
limitata
• Responsabbiltà limitata
• Vantaġġi fiskali meta l-profitti huma
ogħla
• Eżistenza ġuridika separata
• Jistgħu jinbiegħu ishma
• Iktar diffiċli biex twaqqaf
• Restrizzjonijiet legali
• Iktar xogħol ta’ dokumentazzjoni
• Spejjeż ta’ twaqqif
• Il-kontijiet isiru disponibbli għall-pubbliku
Vantaġġi u żvantaġġi
11. Types of
Enterprises
Advantages Disadvantages
Franchise • Isem rikonoxxut tal-prodott/marka
• Taħriġ & għajnuna
• Għajnuna fil-kummerċjalizzazzjoni
• Prattiki u politiki stabbiliti
• Evidenza tal-kompetenzi u l-kisbiet
• Drittijiet esklużivi fuq it-territorju
possibbli
• Tariffi inizjali & kontinwi
• Restrizzjonijiet tal-franchise
• Dipendenza fuq is-suċċess tal-franchise
• Jista’ jkun diffiċli li tinbiegħ franchise
• Kontroll tal-franchisor
• Kondiviżjoni tal-profitti
Intrapriża soċjali • L-ilħuq ta’ ħtieġa soċjali
• Aċċess possibbli għal sorsi addizzjonali
ta’ finanzjament
• Jistgħu jintużaw ħiliet u riżorsi lokali
• Għajnuna volontarja potenzjali
• It-tendenza li qed tikber ta’
konsumeriżmu etiku
• Il-profitti jiġu investiti mill-ġdid biex
tintlaħaq il-missjoni soċjali
• L-ebda qligħ personali
• Skrutinju tal-partijiet interessati
• Tista’ tingħata l-idea li qed jiġi pprovdut
prodott jew servizz inferjuri
• Obbligu ta’ rendikont u trasparenza
Vantaġġi u żvantaġġi
12. X’jimplika isem…
Negozju / Ħaddiem għal rasu / Ħaddiem frilans
Huwa importanti li tkun konxju mit-terminu “negozju”.
Xi persuni jirreferu għalihom infushom bħala
“ħaddiema għal rashom” waqt li oħrajn jistgħu
jiddefinixxu ruħhom bħala “frilanser”, li fil-fatt tfisser li
wieħed jaħdem għal kumpaniji bħala “sottokuntrattur”
pjuttost milli bħala “impjegat” għal perjodu
prestabbilit ta’ ħin, sigħat, jiem, ġimgħat, xhur, eċċ.
Meta tkun effettivament impjegat minn
organizzazzjoni jew negozju, tkun kopert mill-
assigurazzjoni tal-impjegatur u l-kontribuzzjonijiet tat-
taxxa fuq id-dħul u tal-assigurazzjoni nazzjonali tiegħek
jitnaqqsu mill-paga. Meta taħdem għal rasek jew tkun
ħaddiem frilans, tkun responsabbli li tħallas inti stess
it-taxxa, l-Assigurazzjoni Nazzjonali u l-
assigurazzjonijiet l-oħrajn.
13. Il-qabża
L-inizjattiva biex tilħaq “status
kummerċjali” tista’ tikkostitwixxi
pass kbir. Meta tiddeċiedi li twaqqaf
negozju jew li tibda taħdem għal
rasek, tkun idea tajba li tiddedika ftit
ħin biex tirrifletti qabel ma tibda.
Dan jissejjaħ il-perjodu “pre-start-
up” (il-perjodu qabel il-bidu ta’
negozju) u jista’ jdum bejn 8 xhur u
12-il xahar.
Dan il-ħin jista’ jintuża biex issir
riċerka u tattendi korsijiet
intraprenditorjali.
NOTA
L-organizzazzjonijiet bħall-
awtoritajiet lokali, l-
orgnizzazzjonijiet tal-arti,
id-ditti kreattivi, l-aġenziji,
il-ħwienet, il-galleriji, l-
iskejjel u l-kulleġġi ma
jistgħux iħallsu lill-artist u
d-disinjaturi b’mod legali
għajr jekk ikollhom l-
istatus ta’ impjieg
indipendenti.
14. Il-qabża
Ir-reġistrazzjoni bħala ħaddiem għal rasek mal-
Kummisarju tat-Taxxi Interni (CIR – magħrufa wkoll
bħala It-Taxxa) hija proċedura relativament sempliċi,
għalkemm jeħtieġ li tifhem sew il-proċess. M’għandekx
tgħaġġel biex tirreġistra bħala ħaddiem għal rasek għajr
jekk tkun diġà bdejt il-proċess tal-bejgħ ta’ xogħlok, jew
tkun qed titħallas tariffi għal kwalunkwe xogħol ieħor
frilans, bħal xogħol f’workshops, kummissjonijiet jew l-
għoti ta’ assistenza lil persuni oħrajn.
Teknikament għandek tirreġistra mas-CIR, li hija
proċedura mingħajr ħlas, hekk kif tibda tonfoq il-flus fuq
in-negozju tiegħek bħal, pereżempju, fix-xiri ta’
materjal, il-produzzjoni ta’ kampjuni, il-ħlas ta’ korsijiet
dwar kif tibda negozju, il-fotografija, it-twaqqif ta’ siti
web, l-istampar ta’ materjal tas-suq, eċċ.
15. Il-qabża
Tista’ tirreġistra onlajn bħala ħaddiem għal rasek
mas-CIR billi żżur is-sit web:
https://ird.gov.mt/
NOTA
Tista’ titlob
parir mid-Dipartiment
Tat-Taxxi
16. Kwistjonijiet legali u regolatorji
Jekk qed twaqqaf ħanut tal-artiġjanat jew pjattaforma
ta’ bejgħ bl-imnut onlajn, trid tosserva regoli u
regolamenti partikolari.
Xi regolamenti legali jirrigwardaw l-oqsma li ġejjin:
• Proprjetà intellettwali
• Drittijiet tal-konsumatur
• Bejgħ mill-bogħod
• Saħħa u sigurtà
• Assigurazzjoni, pereżempju
pubblika/tal-prodotti/ir-
responsabbiltà tal-
impjegaturi/assigurazzjoni ta’ vettura
bil-mutur
• Leġiżlazzjoni dwar l-impjieg
• Leġiżlazzjoni dwar id-diżabbiltà
• Protezzjoni tad-dejta
• Sigurtà alimentari
• Protezzjoni ambjentali
• Ftehim ta’ kera
18. Il-post – Sib spazju fejn tista’ toħloq
Tista’
• taħdem mid-dar jew minn kafè jew mill-librerija lokali
tiegħek
• tikri studjow, hot desk jew unità
• tikri spazju fi studjow
• taħdem fl-uffiċċju jew fl-istudjow ta’ klijent tiegħek
Bosta negozji kreattivi bdew l-attività tagħhom minn
mejda ta’ kċina, spazju żgħir f’uffiċċju jew kamra fi ġnien.
Li taħdem mid-dar ifisser li tiffranka l-flus fuq it-trasport
u l-kera ta’ post, u tkun tista’ tnaqqas parti mill-ispejjeż
ta’ darek mill-kont tat-taxxa bħala spejjeż deduċibbli ta’
negozju.
19. Il-post – Sib spazju fejn tista’ toħloq
Jekk tiddeċiedi li trid taħdem minn post, aħseb dwar il-
ħtiġijiet speċifiċi tan-negozju tiegħek.
Fatturi ewlenin li għandek tikkunsidra
•Il-ħtiġijiet ta’ negozju, jiġifieri l-għan, id-daqs, l-
arranġament, il-perjodu tal-pussess, is-sigurtà
•Il-finanzi, jiġifieri l-kera, ir-rati ta’ ħlas, l-alterazzjonijiet,
ilkontijiet tal-utilità, aċċessorji imwaħħlin fissi & fittings
•Il-kummerċjalizzazzjoni, jiġġifieri l-post, l-
immaġni/marker, il-konvenjenza tal-klijenti
•Kwistjonijiet legali u r-regolamenti, jiġiifieri l-ftehim tal-
kera, il-permess għall-ippjanar, ir-regolamenti tal-bini
20.
21. Kif issib post fejn taħdem
Netwerks differenti jistgħu jgħinuk issib tipi speċifiċi ta’ spazju
fejn jista’ jsir xogħol kreattiv, spazju kondiviż jew kirjiet
temporanji.
Ikkunsidra l-opzjoni li tikkondividi spazju fejn taħdem ma’
persuni oħrajn.
Tfittxija għal proprjetà immobiljari fuq Maltapark tista’
tgħinek issib spazji iżgħar fi studjow u f’uffiċċju.
Il-Kunsill Lokali għandu jkollu informazzjoni dwar proprjetajiet
immobiljari vakanti fl-inħawi fejn tgħix.
Sib post billi tistaqsi lil persuni oħrajn li jaħdmu fil-qasam tal-
kreattività, jew fittex fil-gazzetti lokali jew fuq is-siti web ta’
proprjetajiet immobiljari, bħal siti web ta’ aġenti immobiljari
lokali.
22. Persuni
Għalkemm bosta persuni jibdew negozju għal rashom, xi
drabi jista’ jkollhom bżonn jaħdmu flimkien ma’ persuni
oħrajn li jkunu jistgħu jgħinuhom jiġġestixxu dan in-
negozju b’mod effiċjenti:
• Imprenditur(i)
• Familja u ħbieb
• Servizzi professjonali, bħal kontabilist
• Persunal, pereżempju għall-kummerċjalizzazzjoni, l-
amministrazzjoni u l-produzzjoni
• Sottokuntratturi u assoċjati
23. Ibni netwerk personali ta’ pari
Il-proċess kreattiv, kemm għall-artisti kif ukoll għall-
imprendituri , jista’ jkun wieħed solitarju. Il-bini ta’
komunità ta’ persuni li jgħinuk fl-isforzi intraprenditorjali
tiegħek jista’ jintroduċi element ġdid fl-attività li tkun
qed twettaq. In-netwerking jista’ jippreżenta
opportunitajiet biex tevita li tispiċċa iżolat u biex taqsam
l-ideat u r-riżorsi.
Huwa rari li jirnexxilek toħloq xi ħaġa sinifikanti jew
verament kreattiva meta taħdem kompletament
waħdek. Minbarra li jipprovdilek konnessjonijiet ma’
klijenti jew investituri potenzjali, netwerk b’saħħtu jista’
jsir sors ineżawribbli ta’ appoġġ, obbligu ta’ rendikont, u
ideat ġodda li jkunu jistgħu jiġu ttestjati u żviluppati.
24. Ibni netwerk personali ta’ pari
L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-kumpanija ta’ persuni
kreattivi oħrajn hija pjaċevoli. Għal bosta persuni,
“netwerking” hija kelma ħażina, iżda b’xorti tajba l-parti
l-kbira tal-persuni involuti fis-settur kreattiv għandhom
it-tendenza li jkunu persuni interessanti, minħabba
xogħlhom, il-kariga tagħhom, jew it-tnejn li huma. Ħila
importanti hija li jirnexxilek issib bilanċ bejn l-
indipendenza kreattiva u l-kwalitajiet li jippermettu
netwerking li jkun ta’ benefiċċju b’mod reċiproku.
Teżisti firxa sħiħa ta’ netwerks li jipprovdu għajnuna lin-
negozji. Dawn jistgħu jiġu kkonsultati minn imprendituri
kreattivi. Il-preżenza onlajn u fil-komunitajiet lokali ta’
dawn in-netwerks qiegħda tiżdied dejjem iktar
(pjattaformi tal-midja soċjali, forums, eċċ).
25. Mentoraġġ
Il-mentoraġġ huwa l-offerta mingħajr ħlas ta’ pariri,
għajnuna u gwida minn persuna lill-oħra. Din ir-relazzjoni
m’għandha tinvolvi l-ebda forma ta’ ġudizzju, u għandha
tkun ibbażata fuq il-fiduċja meħtieġa biex il-persuni
involuti jgħaddu minn firxa ta’ esperjenzi ġodda. Tista’
tkun ibbażata fuq rapport individwali, jiġifieri bejn il-
mentor u l-mentee, jew tista’ titwettaq fi grupp.
Il-mentors jistgħu jiżvolġu ħafna rwoli – jistgħu
jikkostitwixxu mudell pożittiv, jagħmluha ta’ konsulent
jew ta’ ħabib li għandu esperjenza. Xi ħadd mhux miċ-
ċirku ristrett ta’ persuna partikolari li lest li juri interess
speċjali f’din il-persuna jista’ jagħmel differenza enormi.
Iż-żgħażagħ jistgħu jitgħallmu ħafna jekk jaħdmu ma’
mentors b’iktar esperjenza fis-settur tagħhom.
26. Ħidma kollaborattiva
L-abbinament ta’ individwaliżmu u kollaborazzjoni.
L-individwi jiżviluppaw ħiliet ewlenin (bħal dawk
żviluppati minn awtur ta’kanzunetti, mużiċist, jew
attur) iżda ta’ spiss jeħtieġu jikkollaboraw jew
jaħdmu f’timijiet. Ħidma bħala parti minn komunità
kreattiva, f’netwerks ta’ kollaboraturi – il-gruppi
mużikali, pereżempju, jeħtieġu li xi ħadd joħloq il-
vidjows għall-kanzunetti tagħhom. Il-komunitajiet
artistiċi u r-“raggruppamenti kreattivi” jistgħu
joħolqu rivalità intensa bejn l-artisti, rivalità li
eventwalment tħalli l-frott. Jistgħu joħolqu wkoll
kollaborazzjoni.
Il-proċess ta’ kollaborazzjoni u kompetizzjoni fuq
livell lokali xi drabi jrawwem ukoll għarfien u
kompetenzi f’raggruppament lokali, u jistimola
tendenzi ġodda.
27. Ħidma kollaborattiva
Wieħed mill-aħjar aspetti dwar il-fatt li tkun persuna
kreattiva huwa li taħdem ma’ persuni kreattivi. Iktar ma
tkun taf persuni ta’ talent u li tafdahom, iktar huma l-
possibilitajiet tiegħek li tibni t-tim perfett. L-
individwi/negozji jistgħu jaħdmu f’kollaboorazzjoni
sabiex jilħqu firxa wiesgħa ta’ għanijiet u għal varjetà ta’
finijiet, iżda l-fattur komuni ta’ dawn l-opzjonijiet kollha
huwa skambju li jikkostitwixxi vantaġġ reċiproku għall-
individwi/negozji involuti. Il-ħidma kollaborattiva hija
mod kif tista’ tittejjeb prattika u kif jista’ jinkiseb
progress flimkien. L-artisti li jaħdmu flimkien għandhom
jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet u jikkondividu ideat,
esperjenzi u pariri, u m’għandhomx jibżgħu jesprimu
ruħhom meta l-affarijiet ma jkunux mixjin sew.
28. Ħidma kollaborattiva
Hemm raġuni għaliex l-idjoma,
"żewġt irjus huma aħjar minn
waħda” hija tant antika. Is-soluzzjoni
tal-problemi tista’ tkun iktar effettiva
meta jiġu kkombinati t-talent, l-
esperjenza, il-finanzi u l-
infrastruttura.
Tgħallem, tgħallem, u tgħallem
iktar! Kull darba li tikkollabora ma’
persuni oħrajn tottimizza l-kapaċità
tiegħek li tmur lil hinn minn dak li taf
u li fih tħossok komdu, li tikber u,
b’riżultat ta’ dan, li testendi l-konfini
tiegħek.
29. Ħidma kollaborattiva
Benefiċċji:
• użu iktar effiċjenti tar-riżorsi
• iffrankar finanzjarju u użu aħjar tar-riżorsi
• kondiviżjoni ta’ għarfien u informazzjoni
• kondiviżjoni tar-riskji fi proġetti ġodda
• kondiviżjoni ta’ ħiliet u kompetenzi bejn l-individwi
30. Ħidma kollaborattiva – Donegal Designer Makers
Donegal Designer Makers huma netwerk ta’ kreaturi bbażati fi studjow li
joriġinaw minn kull parti ta’ Donegal u li jaħdmu f’firxa wiesgħa ta’
dixxiplini, bħaċ-ċeramika, il-moda, it-tessili, il-ġojjellerija, ix-xogħol tal-
metall, il-batik, l-istampar, u t-tpinġija.
In-netwerk tad-disinn ġie stabbilit fl-2010 minn membri tad-Donegal
Craft Guild u l-grupp kiber malajr. Illum għandu jaħdmu miegħu 24
kreaturi full time. Biex isir membru wieħed irid jgħaddi minn proċess ta’
għażla u jrid jilħaq ċerti kriterji.
In-netwerk jiffoka prinċipalment fuq l-għoti ta’ assistenza, it-titjib tal-
profil tal-kreaturi u d-disinjaturi ta’ Donegal, l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’
informazzjoni, possibilitajiet ta’ esibizzjoni / negozjar, relazzjonijiet
pubbliċi u sistemi ta’ appoġġ ġenerali.
STUDJU TA’ KAŻ
31. Ħidma kollaborattiva – Donegal Designer Makers
Donegal Designer Makers diġà hija sttabbilita bħala marka rikonoxxuta li
tipproduċi prodotti ta’ livell għoli kontemporanji, kif ukoll xogħlijiet
innovattivi u oriġinali, u llum hija waħda mill-ikbar netwerks ta’ artiġjanat
irreġistrati mal-Kunsill tal-Artiġjanat tal-Irlanda. Donegal huwa grupp
immotivat ħafna. Iwettaq pjanijiet kontinwi għal proġetti kreattivi u għal
kollaborazzjonijiet, u għaldaqstant l-istruttura tan-netwerk tiddependi fuq il-
parteċipazzjoni tal-membri tagħha kollha.
Il-Ħanut tad-Disinn & Artiġjanat (Design & Craft Shop) ta’ Donegal Designer
Makers jinsab f’Main St, Ardara. Donegal kisbet reputazzjoni bħala wieħed
mill-aħjar punti ta’ bejgħ għall-prodotti tal-artiġjanat/disinn prodotti
lokalment f’Donegal. Għall-wiri f’dan il-punt tal-bejgħ tinsab firxa ta’
prodotti sbieħ taċ-ċeramika, tal-karti, fotografija, batik, ġojjellerija, inturnjar
tal-injam u ħafna prodotti oħrajn bi prezzijiet li jvarjaw bejn €5 u €500.
STUDJU TA’ KAŻ
32. Ħidma kollaborattiva – Donegal Designer Makers
Iktar informazzjoni fuq- www.donegaldesignermakers.com
CASE STUDY
33. Tagħmir
Mhuwiex daqshekk faċli li ssib it-tagħmir li jagħmel tajjeb
għalik. It-tagħmir ta’ negozju jista’ jinkludi kompjuters,
makkinarju, għodod, għamara u vetturi. Hemm għadd ta’
fatturi ewlenin li għandek iżżomm f’moħħok meta tkun
qed tagħżel it-tagħmir, pereżempju l-ħtiġijiet tan-
negozju, kunsiderazzjonijiet finanzjarji, il-fornituri, u
x’jiġri fl-eventwalità ta’ interruzzjoni tal-attività
minħabba ħsara, eċċ.
Jeżistu kwistjonijiet legali li trid tikkunsidra, pereżempju
r-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà, u kwistjonijiet
ambjentali. Ippjana tajjeb qabel ma takkwista t-tagħmir,
u fittex alternattivi ta’ xiri ta’ tagħmir differenti. Staqsi
għal skont meta jkun possibbli u informa ruħek dwar
kumpaniji li jippruvaw ibiegħu iktar minn dak li n-negozju
tiegħek effettivament jeħtieġ.
34. Tagħmir
E empji ta’ tag mirż ħ
• Għodod
• Makkinarju
• IT/kompjuters
• Għamara tal-uffiċċju
• Vetturi
• Aċċessorji mwaħħlin fissi u fittings
35. Tagħmir
Kunsiderazzjonijiet finanzjarji Spejjeż, kostijiet, tagħmir ġdid jew użat,
manutenzjoni, deprezzament, ħlas bin-nifs
Fornitur Min, termini tal-ħlas, skontijiet,
affidabbiltà, kwalità tal-konsenja
Kwistjonijiet legali Saħħa u sigurtà, leġiżlazzjoni ambjentali,
regolamenti
Il-ħtiġijiet ta' negozju
Għan, funzjoni, karatteristiċi, kapaċità,
rekwiżiti ta' spazju, affidabbiltà, ħtiġijiet
futuri
36. Stokk u provvisti
Il-ġestjoni tal-istokk hija parti importanti mill-
operazzjonijiet ta’ negozju u tinvolvi x-xiri, il-ħżin, il-
kontroll u l-immaniġġjar tal-istokk. Wieħed mill-kompiti
l-iktar importanti fil-kontroll tal-istokk huwa ż-żamma
tal-ammont tajjeb ta’ stokkijiet. L-għan huwa li l-volum
tal-istokk jinżamm baxx kemm jista’ jkun sabiex b’hekk
jiġu mminimizzati l-spejjeż waqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat
li jkun hemm stokk biżżejjed biex tiġi sodisfatta d-
domanda.
Eżempji ta’ stokk:
Materjali
Partijiet u komponenti
Imballaġġ
Materjal li jintuża u jintrema, bħal provvisti tal-uffiċċju u
kartolerija
37. Stokk u provvisti
Fatturi ewlenin oħrajn li għandek tikkunsidra:
• Prezz
• Ħajja fuq l-ixkaffa
• Kwalità
• Affidabbiltà
• Żmien tal-konsenja
• Fornituri
• Ippjanar & kontroll tal-Istokk
• Termini tal-kreditu
39. Fornituri
Meta tagħżel fornitur trid tikkunsidra kriterji differenti
bħal:
• affidabbiltà
• żmien tal-konsenja
• spejjeż
• kwalità
• termini ta’ kreditu
Fittex prezzijiet differenti & nnegozja
Jekk ikun ppossibbli, ipprova nnegozja biex tikseb skont
u kreditu kummerċjali, u kun żgur li tilħaq ftehim dwar il-
livelli tas-servizz. Huwa importanti li tqabbel b’mod
abitwali l-fornituri differenti skont il-prezzijiet li joffru, il-
kwalità, it-terminu tal-kreditu eċċ.
41. X’inhi l-proprjetà intellettwali?
Jekk tiskopri opportunità jew tiġik f’moħħok idea, teħtieġ
taħseb dwar il-Proprjetà Intellettwali. Mużika, kotba, softwer
tal-kompjuter ... dawn huma prodotti li nużaw fil-ħajja ta’
kuljum tagħna. Kull wieħed minn dawn huwa prodott tal-
kreattività tal-bniedem, u din il-kreattività trid tiġi protetta.
Dawn huma frott il-kreazzjoni tal-moħħ tal-bniedem li,
ladarba jiġu espressi, jikkostitwixxu l-Proprjetà Intellettwali.
Il-kelma kruċjali f’dan il-kuntest hija “l-espressjoni”. Fir-
Renju Unit ma teżisti l-ebda Proprjetà Intellettwali għall-
ideat jew il-kunċetti, iżda biss għall-espressjoni ta’ dawn l-
ideat jew ta’ dawn il-kunċetti.
Il-Proprjetà Intellettwali tikkostitwixxi suġġett diffiċli u mhux
daqshekk ċar, iżda jekk toħloq/tivvinta/tiddisinja xi ħaġa,
awtomatikament issir il-proprjetà tiegħek.
42. Ipproteġi l-Proprjetà Intellettwali tiegħek
It-tipi l-iktar komuni ta’ protezzjoni tal-Proprjetà
Intellettwali għal ċerti tipi ta’ attivitajiet huma:
• Il-privattivi u d-Drittijiet tad-Disinn – soluzzjonijiet
tekniċi, invenzjonijiet ġodda u prodotti
• Id-Drittijiet tal-Awtur – għax-xogħlijiet letterarji,
artistiċi, drammatiċi u mużikali
• Trademarks – għall-ismijiet tal-marki, kliem, ħsejjes u
anke (rari ħafna) irwejjaħ, bħal Coca Cola, McDonalds,
Starbucks, Nike
43. Ipproteġi l-Proprjetà Intellettwali tiegħek
L-organizzazzjonijiet kreattivi għandhom komponent ta’
proprjetà intellettwali qawwi li jista’ jkollu jiġi protett minn
kopjar jew użu illegali (“ksur” jew miżapproprijazzjoni). Ir-riskji
huma saħansitra ikbar f’dinja li hija ddominata mill-midja
diġitali. Dan huwa suġġett kumpless li għalih probabbilment
tkun teħtieġ parir minn avukati esperti fil-qasam tal-Proprjetà
Intellettwali jew aġenziji speċjalisti fil-qasam.
Fin-negozju għandek tipproteġi kollox, mid-disinji għas-
softwer sal-marki għall-imballaġġ u l-lowgo tiegħek. Fi ftit
kliem, ir-riżultati mentali u kreattivi tiegħek kollha jistgħu jiġu
ttrasformati f’komoditajiet tanġibbli sabiex b’hekk tkun tista’
tilliċenzja, tbiegħ, tinnegozja, taqsam jew iżżomm id-drittijiet
tiegħek għal dawn il-komoditajiet.
44. Roger Vs Koons
Il-fotografu Art Rogers ħa ritratt ta’ koppja, raġel u mara, li kienu qegħdin
iżommu f’ħoġorhom numru ta’ klieb żgħar, wieħed ħdejn l-ieħor. Huma biegħu
dan ir-ritratt biex jintuża fil-biljetti ta’ awguri u prodotti simili. L-artist ta’ fama
internazzjonali Jeff Koons uża r-ritratt tal-koppja Rogers biex joħloq sett ta’
statwi bbażati fuq din l-immaġni.
Tista’ tibni fuq xogħol ħaddieħor biex toħloq prodott oriġinali tiegħek?
STUDJU TA’ KAŻ
45. Proprjetà Intellettwali – L-elementi bażiċi
• Kwalunkwe riżultat kreattiv jiġi protett minn drittijiet
differenti tal-propjetà intellettwali
• Id-drittijiet tal-awtur jiġu imposti b’mod awtomatiku fuq
kwalunkwe waħda mill-kreazzjonijiet tiegħek, sakemm ma
tunx ikkupjajt ix-xogħol ta’ ħaddieħor jew tkun sraqt parti
sostanzjali minnu.
• Id-drittijiet tad-disinn jipproteġu l-apparenza ta’ prodott li
tirriżulta mill-forma, mil-lewn jew mill-materjal tiegħu, iżda
mhux mill-funzjoni tiegħu
• Il-Creative Commons jipprovdi sistema ta’ liċenzjar li tista’
tintuża b’mod faċli u li tippermetti li l-utenti jikkondividu
xogħol onlajn protett bid-drittijiet tal-awtur mingħajr ma l-
ewwel jistaqsu lill-proprjetarju tax-xogħol kopert mid-drittijiet
tal-awtur għal permess.
46. Proprjetà Intellettwali – L-elementi bażiċi
• It-trademark hija kwalunkwe sinjal li kapaċi jiddistingwi
l-prodotti jew is-servizzi tiegħek minn prodotti u servizzi
oħrajn
• Privattivi – jekk l-idea jew l-innovazzjoni tiegħek
għandha applikazzjoni industrijali, hemm mnejn
tikkunsidra tapplika għal privattiva
47. Xi suġġerimenti tajbin
Żomm tpinġijiet tal-idea tiegħek, ikteb l-ideat li jiġuk u
agħtihom data. Xi persuni jaslu anke biex jibagħtu t-
tpinġijiet bil-posta lilhom infushom sabiex ikollhom il-
marka tal-posta fuqhom. Fl-eventwalità li xi ħadd juża l-
idea tiegħek, tkun tista’ turi li inti tkun ħsibt fiha qabel.
Post tajjeb ħafna minn fejn tista’ tibda
meta tkun qed taħseb dwar kif tista’
tivvalorizza u tipproteġi l-Proprjetà
Intellettwali tiegħek huwa d-
Dipartiment tal-Kummerċ, li pproduċa
bosta gwidi u għodod onlajn mingħajr
ħlas.
48. Sorsi ulterjuri ta’ għajnuna
Din li ġejja hija lista ta’ organizzazzjonijiet u links
biex jgħinuk tagħmel il-pass li jmiss.
Creative Entrepreneurs
Din l-inizjattiva hija mmirata biex tispira liż-żgħażagħ
ħalli jibdew in-negozju kreattiv tagħhom stess, u
toffri pjattaforma onlajn mimlija pariri u riżorsi li
huma rilevanti għall-imprendituri debuttanti fl-
oqsma tal-mużika, tat-televiżjoni, tad-disinn u tat-
teatru. Is-sit web jiġbor flimkien u jorganizza, f’post
wieħed u għall-ewwel darba, ir-riżorsi, il-pariri u l-
ispirazzjoni meħtieġa fil-qasam tan-negozju li l-
persuni jeħtieġu biex jittrasformaw f’realtà l-ideat
kreattivi tagħhom. Żur is-sit web
www.creativeentrepreneurs.co
49. Sorsi ulterjuri ta’ għajnuna
Shell Livewire
Jekk għandek inqas minn tletin sena,
ikkuntattja lil Shell Livewire billi dawn
jistgħu jgħinuk fir-riċerka u l-finanzjament
tal-intrapriża tiegħek. Żur is-sit web
www.shell-livewire.org.
The Princes Trust
Il-persunal ta’ The Princes Trust qed
jiffoka fuq l-għoti ta’ għajnuna lill-persuni
ta’ taħt it-tletin sena b’livell akkademiku
baxx. Madankollu, xorta jista’ jipprovdilek
għajnuna jekk tkun tinsab f’ċirkostanzi
diffiċli jew ikollok diżabbiltà. Żur is-sit web
www.princes-trust.org.uk.
50. Sorsi ulterjuri ta’ għajnuna
Enterprise Agencies
L-aġenziji ta’ Enterprise Agencies, li uħud minnhom jiffukaw
fuq l-industrija kreattiva, jistgħu joffru taħriġ u parir mingħajr
ħlas lin-negozji l-ġodda. Numru żgħir minnhom jiddistribwixxu
wkoll finanzjamenti żgħar jew joffru self. Nissuġġerulek bil-
qawwi li tikkuntattja konsulent kummerċjli jew tattendi kors
ta’ taħriġ f’waħda mill-aġenziji ta’ Enterprise Agencies qabel
ma tikkunsidra tibda negozju kreattiv. Minħabba tnaqqis fl-
ispejjeż f’dawn l-aħħar snin, in-natura ta’ bosta mill-
workshops inbidlet. Fil-preżent ta’ spiss jiġu sponsorjati minn
banek, perżempju, jew m’għadhomx joperaw b’mod
indipendenti. Għaldaqstant tista’ ma tkunx qed tapprezza n-
natura ġenerika u korporattiva tal-workshops. Jekk dan huwa
l-każ, ikun siewi li tikkuntattja Ċentru ta’ industriji kreattivi
lokali jew tibda kors dwar il-bidu ta’ negozju ġdid imfassal
iktar fuq il-ħtiġijiet tiegħek. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-
sit web ta’ Malta Enterprise.
51. Sorsi ulterjuri ta’ għajnuna
Il-Kunsill tal-Arti (Arts Council)
Il-Kunsill tal-Arti jiżviluppa u jiffinanzja l-
arti. Jiddistribwixxi flus pubbliċi u fondi
tal-Lotterija Nazzjonali biex tiġi
żviluppata u titwassal firxa wiesgħa ta’
proġetti, avvenimneti u inizjattivi fis-
settur tal-arti kollha. F’kull qasam, minn
dak teatrali għal dak tal-letteratura u l-
arti fil-komunità, il-Kunsill jaħdem fi
sħubija ma’ mijiet ta’ artisti u
organizzazzjonijiet marbutin mal-qasam
tal-arti.
https://www.artscouncilmalta.org/
52. Further sources of support
Malta Film Commission
Il-Malta Film Commission hija l-
konnessjoni bejn il-films u l-produtturi
ta’ films f’Malta u udjenzi internazzjoni
ġodda. Hija taħdem biex jippromwovi l-
innovazzjoni, id-diversità, il-kreattività u
l-eċċellenza tal-films Brittaniċi madwar
id-dinja, u biex jiskopri opportunitajiet
għal skambju kreattiv bejn il-produtturi
tal-films tar-Renju Unit u l-
kontropartijiet internazzjonali tagħhom.
Żur is-sit web
https://www.maltafilmcommission.com
/